Omelija

Omelija – quddiesa Fergħa Ewkaristika, Marsa                                                                                  29 ta’ Settembru 2018

L-EWKARISTIJA TGĦINNA NKUNU STRUMENTI TA’ GĦAQDA

Il-Fergħa Ewkaristika hi marbuta mal-qalba tal-fidi tagħna: l-Ewkaristija, il-preżenza rejali ta’ Ġesù li għażel li jkun magħna hekk mill-qrib u li jingħata għalina. Għalhekk għandha buy research paper do my homework for me tifsira speċjali ċ-ċelebrazzhttp://www.reviewstein.com/ essay writerjoni li qed nagħmlu llum f’din il-quddiesa.

Nixtieq li b’rabta mal-Kelma ta’ Alla li għadna kif smajna kif ukoll fid-dawl tal-Istatut tal- Fergħa Ewkaristika llum insemmi tliet punti li huma marbuta mal-Ewkaristija u li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għall-membri tal-Fergħa Ewkaristika u għal dawk kollha li jiġu hawn.

X’tagħmel l-Ewkaristija f’ħajjitna?

L-Ewkaristija tgħaqqadna flimkien

L-Ewkaristija tgħaqqadna flimkien ma’ Alla u bejnietna. L-ewwelnett tgħaqqadna ma’ Alla għax fl-Ewkarhttp://www.reviewstein.com/ essay writeristija għandna l-preżenza tiegħu ħajja u ningħaqdu miegħu bl-iktar mod qrib. Hu qalilna li rridu nkunu magħquda miegħu bħalma fergħa tkun magħquda mad-dielja. Minnu nirċievu l- ħajja, permezz tiegħu li aħna ngħixu, u meta nkunu tassew magħqudin miegħu hu jagħtina l- qawwa biex ngħixu magħqudin bejnietna.

L-Ewkaristija tgħaqqadna bejnietna għax aħna nirċievu u nieħdu sehem mill-istess ġisem ta’ Kristu u għalhekk nistgħu ninbnew tassew bħala l-komunità tiegħu, il-familja tiegħu. L-Istatut tal-Fergħa Ewkaristika jenfasizza dan il-punt f’nru 4. Jispjega kif Ġesù dan talab b’insistenza għad-dixxipli tiegħu fl-Aħħar Ċena: li jkunu lkoll ħaġa waħda. Fl-Ewkaristija niċċelebraw is- sabiħ tad-diversità fl-unità. L-Ewkaristija tgħinna biex ikollna qalb miftuħa għal kulħadd, kif jgħid Ġesù fl-Evanġelju u smajna wkoll fl-Ewwel Qari. Qatt ma għandna nħarsu lejn l-oħrajn qishom kontrina jew aħna kontriehom.

Irridu naħdmu kontra dak kollu li jifridna. Nafu li x-xitan jaħdem minn taħt billi jipprova jifred lill-istess nies li jemmnu fi Kristu, inissel fosthom id-diviżjoni. Għalhekk għandna nitolbu biex l- Ewkaristija tgħinna nkunu dejjem strumenti ta’ għaqda, biex l-għaqda nibżgħu għaliha, u fejn ixxellfet nagħmlu ħilitna biex infejquha.

L-Ewkaristija hija l-ikel li jsostnina

Fil-mixja tagħna tal-ħajja, neħtieġu l-Ewkaristija bħala dak l-ikel li jsostnina u li jwassalna għall- ħajja ta’ dejjem. Il-qaddisin spjegawha b’dan il-mod: l-ikel li nieklu kuljum biex ngħixu aħna nibdluh fina; imma l-Ewkaristija li nirċievu tibdel lilna fi Kristu, tgħinna nsiru aktar nixbhuh. Hi l-Ewkaristija li tgħinna biex ikollna aktar l-ispirtu ta’ Ġesù f’ħajjitna u nsiru nixbhuh fl- attitudnijiet kif ukoll fl-għażliet li nagħmlu.

L-Ewkaristija ġġeddidna. L-ikel li jagħtina Ġesù jqawwina fil-mumenti ta’ tentazzjoni meta jkollna nagħmlu għażliet ibsin kif isemmi Ġesu fl-Evanġelju llum meta jgħidilna: dak li hu buy research paper do my homework for me ta’ tfixkil f’ħajtek, aqtgħu ’l barra. Hi l-Ewkaristija li ssostnina u tagħtina l-qawwa li neħtieġu biex nagħmlu dan; u dan l-ikel iwassalna għall-ħajja ta’ dejem.

L-Ewkaristija tagħmilna nies qaddejja

L-Ewkaristija tfisser servizz: li ħajti ngħixha bħala għotja, fuq l-eżempju ta’ Ġesù. Nixtieqkom tinnotaw il-kliem stess tal-konsagrazzjoni: “..dan huwa Ġismi li jingħata għalikom…id-Demm li

jixxerred għalikom”. Dan il-kliem hu l-istess kliem li qal Ġesù fl-Aħħar Ċena u hu kliem li jesprimi l-ħajja kif għexha Ġesù. Hemmhekk għandna programm ta’ ħajja li ma jħalliniex infittxu biss il-kumdità tagħna, dak li jissodisfana, infittxu lilna nfusna, kif smajna fl-Ittra ta’ San Ġakbu. l-Ewkaristija tgħinna noħorġu minna nfusna u nkunu tassew qaddejja tal-oħrajn kif għallimna Ġesù. Dan nagħmluh ma’ dawk li huma qrib tagħna l-ewwel, imma wkoll ma’ dawk li tbiegħdu mill-fidi jew mill-Knisja u li jeħtieġu min iħeġġiġhom. Inkunu ta’ servizz ma’ dawk li huma fil-bżonn jew għaddejjin minn tbatija.

Marija

Marija, Omm Ġesù u ommna lkoll, hi dik li tagħtina l-isbaħ eżempju ta’ dak li tfisser l- Ewkaristija f’ħajjitna. Nitolbuha biex tgħinna niftakru li flimkien mas-sehem tagħna fil-quddies, fl-adorazzjoni u talb ieħor – li kollu hu tant importanti – aħna għandna ngħixu l-Ewkaristija li niċċelebraw fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Nitolbu li l-Ewkaristija tgħaqqadna flimkien, tkun għalina l-ikel li jsostnina, u tagħmilna aktar qaddejja tal-oħrajn kif irid minna Ġesù.

Qari tal-quddiesa:

  • Qari I – Num 11:25-29
  • Salm – Salm 18(19) Qari II – Ġak 5,1-6
  • Evanġelju – Mk 9,38-43.45.47-48
Contact / Location

Info ta 'kuntatt

Address: Kappella Fergha Ewkaristika
Triq ic-Centru Ewkaristiku, Marsa
Phone: 21240230
Email: info@ferghaewkaristika.net

(Il-Kappella tkun miftuha kull nhar ta' Gimgha u Sibt bejn il-5:30pm u 8pm)

Mobile: 79409423
Email: david.cilia@maltadiocese.org

Address: Dar Ulied Marija Ewkaristika,
Triq il-Kosbor, Zebbug, Malta
Phone: 21461778

Events / Calendar