Il-Fundatur

George GrimaIl-Bidu tal-Fergħa Ewkaristika

Il-Fundatur tal-Fergħa Ewkaristika u tal-Komunita Ulied Marija Ewkaristika twieled il-Marsa nhhttp://www.reviewstein.com essay writerar it-28 ta’ Lulju 1941 minn Carmelo u Giovanna Grima, nee Farrugia. George huwa l-kbir fost ħdax.  L-aħbar tat-twelid tiegħu lil missieru waslet b’mod misterjuż.  Il-Beatu Ġorg Preca li llum huwa qaddis, kien qal li l-anġlu kustodju ta’ George kien il-ħabbar. Hu rċieva l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-iskola tas-sorijiet “Ulied il-Qalb ta’ Ġesù” u wara fl-iskola primarja tal-Marsa, fi triq Lorenzo Balbi. George, minn dejjem kien tifel dħuli, bieżel u midħla sew tal-knisja u ghal żmien twil membru tas-soċjeta’ tal-MUSEUM.  Hu għamel xi ftit żmien ukoll jattendi l-iskola Serafika tal-Kapuċċini l-Furjana u fil-klassi tiegħu kien hemm buy paper online do my homework Pawlu Darmanin minn Ħaż-Żabbar, illum l-E.T. Mons. Pawlu Darmanin, Isqof ta’ Gariffa, l-Kenja. Ma damx wisq ghax il-Mulej kellu pjanijiet oħra għalih.  Iz-żagħżugħ George kien jaħdem ukoll bħala ħajjat il-Furjana u fl-għaxijiet kien jgħallem il-katekiżmu liż-żgħar fil-Mużew.

George kellu l-imħabba t’Alla f’qalbu u ried iwassalha fil-qalb ta’ kulħadd; kellu wkoll id-don tal-kelma u wara li ħejja ruħu b’diversi korsijiet fl-istess soċjeta’, kien imur f’diversi bliet u rħula tal-gżejjer Maltin jagħmel konferenzi u jippriedka l-kelma t’Alla. Fil-Museum, George kellu l-http://www.reviewstein.com essay writer aqwa ħabib; kien l-istess fundatur, il-qaddis San Ġorġ Preca li għaraf il-kwalitajiet sbieħ taż-żagħżugħ George u spiss kien jistiednu d-dar tiegħu fil-Ħamrun.  George kien ukoll sagristan fil-kappella Ċentrali tal-MUSEUM il-Blata l-Bajda.

San Ġorg Preca kien ħabbarlu li kellu jkun ukoll fundatur bħalu.  Dan seħħ meta fl-1960, għall-aħħar t’April ġie Malta l-fundatur taz-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara, l-E.T. Mons. Cardijn u dan għadda minn Triq il-Kbira, il-Ħamrun.  Il-Beatu Ġorg Preca u George Grima kienu fit-tieqa fis-sular ta’ fuq u l-fundatur tal-MUSEUM sellem lil Mons. Cardijn.  George induna u qallu, “Sinjur intom żewġ fundaturi”. Il-Beatu Ġorg dak iż-żmien wieġeb jew aħjar ħabbar, “Le, qegħdin tliet fundaturi”.  Dan ifisser li ħabbar li George kellu jkun fundatur ukoll.  Aktar tard anke San Piju ta’ Pietralcina, fl-1966, qallu li Ġesù kien ilu jkellmu fuq il-“Fergħa Ewkaristika” u kompla, “għoddni b’membru spiritwali ta’ l-għaqda”. Dan kollu seħħ disa’ snin wara li San Ġorġ Preca kien qallu li għandu jiltaqa’ ma’ San Padre Pio.

george grima cermoney

Il-Bidu tal-Fergħa

Is-Superjur George, kif baqa’ magħruf wara li ħareġ mill-Mużew, waqqaf il-Fergħa Ewkaristika bil-għan li Ġesu’ Ewkaristija jkun magħruf u maħbub aktar minn kulħadd.  Għalhekk għażel il-motto “O Ġesu’ Ewkaristija Kun il-Ferħ u l-Hena ta’ Ħajti Kollha”.  Din hija ġakolatorja fuq is-santa ta’ San Ġorġ Preca għall-prima messa.  L-Arċisqof Mikiel Gonzi taha mitejn jum indulġenza.

Fi Frar ta’ l-1965, George Grima waqqaf l-għaqda fuq stedina ta’ ‘żagħżugħ liebes ilbies fin u abjad’.  Wara ħafna talb u wara li kien ħa parir mingħand il-konfessur u direttur spiritwali tiegħu Mons. Salv. Grima, fundatur ukoll tal-‘Qaddejja taċ-Ċenaklu’, sejjaħ l-ewwel tnax-il membru, ilkoll irġiel li ġew murija lilu b’mod providenzjali.  Infatti kien qal lit-tnax, li xi wħud minnhom ma kienx jafhom, iżda li ‘Ġesu’ jridha din l-għaqda’.  Dawn it-tnax-il membru jixbhu lit-tnax-il appostlu li fuqhom ġiet mibnija l-Knisja.  Għalhekk nhar l-ewwel Erbgħa tax-xahar, 3 ta’ Marzu 1965, il-Fundatur għamel l-ewwel laqgħa lit-tnax u fissrilhom l-għan tal-għaqda li hu sejħilha ‘Fergħa Ewkaristika’.  Dawn l-ewwel laqgħat saru fid-dar tiegħu f’Nru. 23, Triq is-Salib, Marsa, fil-kamra fejn kellu l-altar u baqgħu jsiru hemm għal madwar sbatax-il sena.  Dawn kienu jsiru kull ewwel Erbgħa ta’ kull xahar fit-8:15pm.  Dan għaliex xi wħud kellhom xi ħanut u oħrajn kienu jispiċċaw mix-xogħol fil-ħwienet ukoll.  Is-Superjur kien uman ħafna u meta l-ħinijiet tal-ħwienet saru aktar komdi beda l-laqgħat fis-7pm.  Meta ra li bosta u bosta persuni xtaqu jingħaqdu għat-talb, konferenzi u laqgħat oħra, fetaħ il-bibien għan-nisa wkoll.  Dan in-numru tant żdied li kellu jaqsam il-membri nisa fi gruppi.  Anke l-grupp tat-tnax kien diġa kiber ħafna bil-ħbieb jew familjari tal-istess tnax.  Mal-gruppi tan-nisa u tal-irġiel, kull nhar ta’ Ħamis kienu jiltaqgħu xi wħud taħt il-gallerija fejn kien joqgħod is-Superjur sabiex imorru għall-velja ta’ talb u adorazzjoni fil-Knisja tal-Vitorja, il-Belt.  Il-velja kienet tibda fit-8:30pm mill-Ħamis sal-Ġimgħa u kienet ittawwal sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu; ġieli kienu jdumu sas-6am.  L-istess knisja tal-Vitorja kienet magħżula mis-Superjur sabiex kull ewwel Ħadd tax-xahar il-Fergħa torganizza jum Ewkaristiku.  Din baqgħet issir sakemm imbagħad bdiet tiġi organizzata fiċ-Ċentru Ewkaristiku fl-1983.  Ma’ dawn il-laqgħat u xi siegħa adorazzjoni oħra kull xahar b’pellegrinaġġ f’diversi parroċċi jew kappelli ma naqasx.

Il-Fundatur għażel lil San Ġużepp bħala Padrun tal-għaqda, bħala l-ewwel adoratur ta’ Ġesu’ fil-għar ta’ Betlehem.

Il-Fergħa Ewkaristika twaqqfet uffiċjalment nhar id-9 ta’ Settembru 1965, b’quddiesa, mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Emmanuel Galea flimkien mac-Chaplain Dun Ġużepp Mifsud Bonnici fil-kappella tas-Soċjeta’ tal-Museum, il-Blata l-Bajda.

Il-Fergħa Ewkaristika f’Għawdex

Is-Superjur George ħadem bis-sħiħ ukoll biex il-Fergħa tixxettel f’Għawdex fejn bdieha permezz ta’ quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu nhar l-ewwel Sibt tax-xahar ta’ Marzu 1966.  Iċ-ċelebrant kien l-E.T. Mons Isqof Ġużeppi Pace.  Minn dak iż-żmien sal-lum għadha ssir adorazzjoni u quddiesa fit-3pm.  Barra din ta’ l-ewwel Sibt imbagħad l-għada beda jagħmel konferenza li maż-żmien bdiet issir fost il-ġimgħa, darba fix-xahar u wara l-mewt tiegħu l-Fergħa kompliet fejn ħalla hu u l-laqgħa ta’ kull xahar barra dik ta’ l-ewwel Sibt, qegħda ssir kull tieni Ħamis tax-xahar għand is-sorijiet Dumnikani ta’ Pompei ir-Rabat.  F’Għawdex l-ewwel laqgħat kienu jsiru f’dar fi Triq il-Librerija r-Rabat ġentilment offruta lis-Superjur mis-Sinjorina Marija Rosaria Said.  Billi bdew joktru l-membri, il-laqgħat kienu jsiru għand is-sorijiet Franġiskani, Salesjani u kif għidna ‘l fuq, issa għand id-Dumnikani.

Hu kellu ideat sempliċi, qawwija u ċari, mibnija fuq l-imħabba u l-verita’ u aġġornat fit-tagħlim tal-Knisja Kattolika.  Kien katekist fil-Museum u kelliem ta’ konferenzi spiritwali, f’diversi nħawi f’Malta u Għawdex.  Kien ukoll iżur spiss il-morda fl-isptarijiet.

Ċentru Ġdid

Nistgħu ngħidu li sal-aħħar tas-snin sittin, is-Superjur kien diġa ra l-ħtieġa ta’ lokal akbar.  Fittex, staqsa u anke offrewlu xi biċċa art, iżda kif qal hu wara, “It-Trinita Qaddisa trid iċ-Ċentru l-Marsa”.  Hekk seħħ, għax nhar it-18 ta’ Marzu 1982, iċ-Ċentru Ewkaristiku nfetaħ u tbierek uffiċjalment mill-E.T. Mons. Ġ. Mercieca, Arċisqof ta’ Malta.  Hawn ġo dan iċ-ċentru s-Superjur beda jagħmel il-konferenzi għall-irġiel, nisa, żgħażagħ u Għarajjes ta’ Ġesu’.  B’hekk hu ġabar in-nies li kienu jiltaqgħu kull xahar għal-laqgħat f’ċerti żoni barra l-Marsa; bħal dawk ta’ Ta’ Xbiex, tal-Ħerba f’Birkirkara li qabel kienu jattendu ġo dar privata u tar-Rabat u l-Imdina.  Mis-sena 1983, l-attivitajiet li jsiru llum bħal quddiesa u adorazzjoni, kibru gradwalment għax dawn bdew bi tliet darbiet fil-ġimgħa.  U llum –il ġurnata diversi pellegrinaġġi jiġu organizzati fiċ-Ċentru.  Barra għaqdiet u movimenti li jiġu minn żmien għal żmien, jagħmlu sigħat ta’ talb jew jingħaqdu magħna fit-talb.

Ulied Marija Ewkaristika

Is-Superjur George fl-1986, hu kien imnebbaħ biex iwaqqaf komunita’ ta’ xebbiet interni bħala adoraturi, magħrufa bħala “Ulied Marija Ewkaristika”.  Filwaqt li joffru l-ħajja tagħhom buy paper online do my homework b’imħabba lejn Ġesu’ Ewkaristija, jagħtu servizz fiċ-‘Ċentru Ewkaristiku’, fil-Marsa.  Jingħad ukoll li ‘Dar Marija Ewkaristika’ f’Ħaż-Żebbuġ, fejn jgħammru ‘Ulied Marija Ewkaristika’, twaqqfet fuq ix-xewqa tal-Verġni Mbierka, li tagħha hu kien tant devot.  Din id-dar hi estensjoni taċ-Ċentru Ewkaristiku tal-Marsa.

Bniedem Kbir

Grima AdressingB’sagrifiċċji personali kbar għal saħħtu u b’fidi qawwija f’Ġesu’ Ewkaristija, fil-Madonna u San Ġużepp, wassal bosta erwieħ biex jikbru fl-imħabba Ewkaristika.  Jingħad li xi drabi kien vittma u sofra vjolenza fiżika għax ‘seraq lura erwieħ lil Satana’.  Bosta tbenġil u grif fuq il-persuna tiegħu kienu jixhdu dan.  Għalhekk matul ħajtu sofra ħafna mard u persekuzzjonijiet.  Bit-talb tiegħu seħħew fejqan straordinarji, konverżjonijiet, familji sabu l-paċi u l-għaqda, u bl-interventi tiegħu, ġew salvati ħafna vokazzjonijiet saċerdotali.  Hu dejjem wettaq ħidma fejjieda pastorali u bi tbissima u kellu kelma ta’ konsolazzjoni għal kull min resaq lejh, għal kull għajnuna.  Fost dawn insibu persuni fl-ogħla skala tas-soċjeta’ Maltija; politiċi, reliġjużi, anke barranin fosthom Isqfijiet u professjonisti oħra.

Is-Superjur George ħadem bla heda u billi ħafna drabi kellu jilqa’ u jitħabat kontra l-kurrent u l-għedewwa tar-ruħ u s-sigħat twal biex jipprepara l-konferenzi, jippriedka u jgħallem, jagħti pariri, dawn komplew għafsu fuq il-fiżiku dgħajjef tiegħu u spiss kellu jżur l-isptar u jagħmel xi jiem għall-osservazzjoni.

 

Fost l-aħħar inizjattivi li ħa l-Fundatur u li għadhom għal qalb il-Maltin huma l-adorazzjonijiet fuq l-istazzjon Radju Marija, ir-radju tal-familja nisranija Maltija.  Dawn bdew f’Ottubru ta’ l-1998 u sal-lum għadhom imfittxija mis-semmiegħa ta’ dan l-istazzjon.

L-Aħħar Jiem

Fl-aħħar xhur ta’ ħajtu spiss kien itenni jew aħjar bi kliem prudenti kien iħabbar li t-tmiem tiegħu kien qed joqrob.  Hekk ġara.  Is-Superjur George Grima, fundatur tal-Fergħa Ewkaristika u tal-Komunita’ Ulied Marija Ewkaristika, miet ħesrem fiċ-Ċentru Ewkaristiku l-Marsa nhar l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, 7 ta’ Mejju 1999 għal-ħabta tat-3pm.  Miet fix-xahar iddedikat lill-Madonna li fiċ-Ċentru għandha titular bħala Marija Ewkaristika li l-festa tagħha tiġi ċċelebrata fit-13 ta’ Mejju.  Dakinhar sar il-funeral tiegħu b’quddiesa kkonċelebrata minn kważi sebgħin saċerdot, midħla tal-Fergħa Ewkaristika, fil-Parroċċa Ssma. Trinita l-Marsa.

Ħsibijiet Ewkaristiċi li ħarġu minn fomm is-Superjur

  • Kemm hu ħelu Ġesu’ jinsab f’dik l-Ostja ċkejkna. Nixtieq nipperswadikom li temmnu li jinsab f’kull ostja Ġesu’.  Hemm bżonn nemmnu bis-serjeta’.  Hija grazzja għalina midinbin li nistgħu nirċievu ‘l Ġesu’.  (05/05/98)
  • Ersqu rċievu ‘l Ġesu’ Ewkaristija mhux bid-dnub il-mejjet, imbagħad tgħidu “Inqerru wara”. Għax dieħla sewwa Malta.  Din ħażin. (02/05/98)
  • Għeżież ħuti, ħobbu u fittxu ‘l Ġesu’ Ewkaristija. Kienet x’kienet il-ħajja tagħkom, għaddejtu minn x’hiex għaddejtu.  Ejjew u adurawh.  Għeżież ħuti, fittxuh anke toqgħodu bilqegħda quddiemu.  Tibża’ xejn ma jimpurtax. (04/07/98)
  • Tħallux id-dimonju jifxilkom fuq affarijiet oħra, jistgħu ikunu tajbin ukoll. Imma fejn toqgħd l-adorazzjoni u Ġesu’ Ewkaristija tħallu xejn, għax propju d-dinja bħalissa trid twarrab dan il-misterju kbir, kif qed jippruvaw iwarrbu ‘l Madonna, (05/12/98)
  • Ġesu’ qiegħed wara separju, mhux daqshekk ‘il bogħod minna. Qiegħed wara dik il-bieba tat-tabernaklu, eżatt kif jinsab fil-Ġenna, fl-isbuħija tiegħu.  Għidulu ‘l Ġesu’, meta tkunu quddiemu fil-mard, fid-dwejjaq tagħkom, jekk trid inti, inti taf x’inhu tajjeb għalina, tista’ tfejjaqni minn dat-tentazzjonijiet, minn dan l-inkwiet li għandi madwari.  Tista’ jekk trid, imma inti taf; f’idejk. (03/11/98)

 

Contact / Location

Info ta 'kuntatt

Address: Kappella Fergha Ewkaristika
Triq ic-Centru Ewkaristiku, Marsa
Phone: 21240230
Email: info@ferghaewkaristika.net

(Il-Kappella tkun miftuha kull nhar ta' Gimgha u Sibt bejn il-5:30pm u 8pm)

Mobile: 79409423
Email: david.cilia@maltadiocese.org

Address: Dar Ulied Marija Ewkaristika,
Triq il-Kosbor, Zebbug, Malta
Phone: 21461778

Events / Calendar