Ħsibijiet tal-Fundatur
- Kemm hu ħelu Ġesu’ jinsab f’dik l-Ostja ċkejkna. Nixtieq nipperswadikom li temmnu li jinsab f’kull ostja Ġesu’. Hemm bżonn nemmnu bis-serjeta’. Hija grazzja għalina midinbin li nistgħu nirċievu ‘l Ġesu’. (05/05/98)
- Ersqu rċievu ‘l Ġesu’ Ewkaristija mhux bid-dnub il-mejjet, imbagħad tgħidu “Inqerru wara”. Għax dieħla sewwa Malta. Din ħażin. (02/05/98)
- Għeżież ħuti, ħobbu u fittxu ‘l Ġesu’ Ewkaristija. Kienet x’kienet il-ħajja tagħkom, għaddejtu minn x’hiex għaddejtu. Ejjew u adurawh. Għeżież ħuti, fittxuh anke toqgħodu bilqegħda quddiemu. Tibża’ xejn ma jimpurtax. (04/07/98)
- Tħallux id-dimonju jifxilkom fuq affarijiet oħra, jistgħu ikunu tajbin ukoll. Imma fejn toqgħd l-adorazzjoni u Ġesu’ Ewkaristija tħallu xejn, għax propju d-dinja bħalissa trid twarrab dan il-misterju kbir, kif qed jippruvaw iwarrbu ‘l Madonna, (05/12/98)
- Ġesu’ qiegħed wara separju, mhux daqshekk ‘il bogħod minna. Qiegħed wara dik il-bieba tat-tabernaklu, eżatt kif jinsab fil-Ġenna, fl-isbuħija tiegħu. Għidulu ‘l Ġesu’, meta tkunu quddiemu fil-mard, fid-dwejjaq tagħkom, jekk trid inti, inti taf x’inhu tajjeb għalina, tista’ tfejjaqni minn dat-tentazzjonijiet, minn dan l-inkwiet li għandi madwari. Tista’ jekk trid, imma inti taf; f’idejk. (03/11/98)

Superjur George Grima - (1941 - 1999)
Fundatur Fergħa Ewkaristika
Quddiesa tal-50 Sena Anniversarju tal-Fergħa Ewkaristika - iqaddes Mons Arċisqof Charles J. Scicluna
